

MISKIN
MISKIN n.mimm.ms., f. -a, pl. Msieken dim. Msejken
: Min hu nieqes jew imċaħħad minn kulma jeħtieġ sabiex ikun hieni.
“Dak gay... miskin.” Frażi li smajnieha ħafna drabi. Frażi tant sempliċi u forsi anke innoċenti li tirrappreżenta l-mod ta' kif il-komunità LGBTQI+ għadha xi drabi tiġi rikonoxxuta sal-lum.
Proprju minn dal-punt jibda il-Programm tal-Miskin.
MISSJONI
Il-kumpanija tat-Teatru tal-Miskin se tkun qed torganizza programm ta' attivatijiet madwar Malta u Għawdex sabiex tindirizza s-sitwazzjoni soċjali f'pajjiżna fejn tidħol ir-rappreżentazzjoni u t-tolleranza tal-komunità LGBTQI+ bit-tama li tkun sors ta' bidla.
Il-workshops u l-attivitajiet tal-programm se jakkumpanjaw, jissaportjaw u jespandu dak kollu li dan il-musical ġdid jixtieq jikseb. Se naħdmu ma' artisti, kreattivi, żgħażagħ, nies li forsi ma jiffrekwentawx it-teatru spiss u fuq kollox il-komunità LGBTQI+.
Jekk tixtieq tkun b'xi mod involut, iċċekja din il-paġna kif ukoll il-platforms soċjali tagħna sabiex tkun aġġornat mas- sejħiet kollha li se noħorġu.

SEJĦIET
PARTNERS






