Saydon Studio hija kumpanija tat-teatru mużikali li nfetħet fl-2022. L-artist isib ir-refuġju tiegħu fl-istudio. Dan huwa l-post fejn l-ideat jistgħu jimirħu mingħajr restrizzjonijiet. Dawn huma l-ideat b’mistoqsijiet li għadhom bla tweġiba u potenzjal li għad irridu nagħrfuh. It-teatru mużikali jaf imiss il-qlub b’mod uniku. L-istudio huwa stedina kemm għall-artisti kif ukoll għall-udjenzi tagħhom — stedina għal stejjer u esperjenzi ta’ fraġilità, emozzjoni, ferħ u ċelebrazzjoni ta’ dak li jagħmilna uniċi.
Xogħol mir-repertorju ta’ Saydon Studio rebaħ diversi premji inkluż 5 Premji għall-Arti mill-Kunsill Malti għall-Arti: l-Aqwa Produzzjoni; l-Aqwa Kreattiv, l-Aqwa Xogħol għat-Tfal u ż-Żgħażagħ u l-Aqwa Artist Żagħżugħ. Il-fundatur Luke Saydon rebaħ ukoll Premju Ċiviku minn Hertsmere fl-Ingilterra kif ukoll it-titlu ta' Persuna Tas-Sena 2023 mit-Times of Malta.
Produzzjonijiet mużikali tal-istudio jinkludu HUSH u The Three Sunsets, illi għadhom sal-lum żewġ musicals għal qalb l-udjenza Maltija. Ix-xogħol fil-komunità tagħna rnexxielu jilħaq mijiet ta’ persuni minn madwar id-dinja, u kollha ġew flimkien b’vuċi waħda.
L-għan tal-istudio huwa sempliċi. Saydon Studio jixtieq jaħdem ma’ dawk li qed iċaqalqu, isaħħu u jibdlu mill-qiegħ l-industrija tat-teatru. Xogħolna jrid jiskopri prattika ġdida tat-teatru mużikali. Metodi ġodda li bihom se nesploraw l-ostakli u d-diffikultajiet tad-dinja tagħna. Se nitgħallmu kif nerġgħu nibdew nitgħallmu.
U fi spazju bħal dan nixtiequ noħolqu s-sbuħija.