SUPPORT
STORJA
STORJA
1986
Iċempel it-telefown. Hello? Hemm leħen qed jagħti d-direzzjonijiet. Direzzjonijiet lejn “Il-Każin tal-Imqarbin”.
Ejja waħdek. Iċċekkja li ħadd m’hu qed isegwik. Doqq il-qanpiena. U x’ħin tidħol se tolqtok ir-riħa ta’ nies bħalek.
Wasalt oħt, fil-Każin. Fejn l-irġiel meħlusin.
Hawnekk id-dinja ta’ barra ma teżistix. L-irġiel jiżfnu. Jitbewsu. Jittantaw ‘l xulxin. U l-irġiel iħobbu 'l irġiel.
Sakemm darba waħda, jasal il-virus. U tieqaf il-mużika.
Mil-producers tat-"Teatru tal-Miksin”, wasal il-musical ġdid ta’ Luke Saydon. Ispirat minn stejjer kwir Maltin, dan l-ispettaklu huwa mafkar għall-ġenerazzjoni kwir li ġiet qabilna. L-imħabba tagħhom, ir-reżiljenza tagħhom u l-impatt li ħallew warajhom. B’direzzjoni ta’ Denise Mulholland u moviment ta’ Chakib Zidi, il-Każin tal-Imqarbin lest biex jiftaħ il-bibien tiegħu.