Mill-istess tim li pproduċa t-Teatru tal-Miskin, Saydon Studio qiegħed bħalissa jaħdem fuq musical ġdid bl-isem ta’
Il-Każin tal-Imqarbin.
Storja mnebbħa mill-verità, din l-esperjenza teatrali se tesplora ġenerazzjoni ta’ rġiel kwir li kellhom jaħbu l-verżjoni awtentika tagħhom u jżommu lura milli jgħixu l-verità. L-istorja tiġri f’klabb sigriet li jgħidulu l-Każin tal-Imqarbin - u se tkun l-ewwel opportunità għall-udjenzi lokali biex jaraw minn xiex għaddiet din il-ġenerazzjoni ta’ rġiel vulnerabbli. Dawn huma rġiel li kellhom jigdbu dwar ħajjithom u dwar dawk li verament iħobbu. Fl-istil tipiku ta’ Saydon Studio, dawn l-istejjer se jieħdu l-ħajja b’teatru mill-iktar innovativ, spettaklu uniku, mużika oriġinali u ċelebrazzjoni tal-komunità kwir.
Dan il-proċess ta’ riċerka u żvilupp ġie mogħti s-sapport tal-Arts Council Malta u l-Aġenzija Żgħażagħ.
Se nkunu qegħdin nagħżlu erbgħa atturi li jitkellmu bil-Malti għal dan il-workshop. Dawn l-atturi se jkunu qegħdin jinterpretaw il-karattri ta’ rġiel gay u bi Maltin, allura nixtiequ nisimgħu minn atturi li jirrappreżentaw il-ġeneru maskili (male representing). Minbarra atturi li jidentifikaw bħala persuni maskili, aħna entużjasti li nisimgħu minn atturi trans u atturi non-binary. Barra minn hekk, għandna xewqa li naħdmu ma’ atturi BAME.
L-atturi jridu jaħdmu mat-tim kreattiv fuq ġimgħa intensiva bejn it-12 u t-18 ta’ Frar 2024. L-atturi huma mitluba li jkunu disponibbli biex jaħdmu magħna fil-ħinijiet ta’ wara nofsinhar u filgħaxijiet matul il-ġimgħa kif ukoll matul il-ġurnata kollha fil-weekend.
Kandidati huma mitluba jibagħtu
-
headshot,
-
CV artistika
-
u żewġ self tapes; kanzunetta u monologu.
Id-data tal-għeluq hija l-10 ta’ Diċembru 2023, 12:00pm
Aqra iktar informazzjoni dwar l-awdizzjonijiet fil-ħoloq t'hawn isfel. Jekk jeħtieġlek mod alternattiv sabiex tissottometti l-awdizzjoni tiegħek, jew jekk għandek mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntatjana fuq info@saydonstudio.com .