top of page
!
Widget Didn’t Load
Check your internet and refresh this page.
If that doesn’t work, contact us.
Logo 1 Large copy.png

Saydon Studio hija kumpanija tat-teatru mużikali li nfetħet fl-2022. L-artist isib ir-refuÄ¡ju tiegħu fl-istudio. Dan huwa l-post fejn l-ideat jistgħu jimirħu mingħajr restrizzjonijiet. Dawn huma l-ideat b’mistoqsijiet li għadhom bla tweÄ¡iba u potenzjal li għad irridu nagħrfuh. It-teatru mużikali jaf imiss il-qlub b’mod uniku. L-istudio huwa stedina kemm għall-artisti kif ukoll għall-udjenzi tagħhom — stedina għal stejjer u esperjenzi ta’ fraÄ¡ilità, emozzjoni, ferħ u Ä‹elebrazzjoni ta’ dak li jagħmilna uniÄ‹i. 

 

Xogħol mir-repertorju ta’ Saydon Studio rebaħ diversi premji inkluż 5 Premji għall-Arti mill-Kunsill Malti għall-Arti: l-Aqwa Produzzjoni; l-Aqwa Kreattiv, l-Aqwa Xogħol għat-Tfal u ż-Å»għażagħ u l-Aqwa Artist Å»agħżugħ. Il-fundatur Luke Saydon rebaħ ukoll Premju ÄŠiviku minn Hertsmere fl-Ingilterra kif ukoll it-titlu ta' Persuna Tas-Sena 2023 mit-Times of Malta. 

 

Produzzjonijiet mużikali tal-istudio jinkludu HUSH u The Three Sunsets, illi għadhom sal-lum żewÄ¡ musicals għal qalb l-udjenza Maltija. Ix-xogħol fil-komunità tagħna rnexxielu jilħaq mijiet ta’ persuni minn madwar id-dinja, u kollha Ä¡ew flimkien b’vuÄ‹i waħda. 

 

L-għan tal-istudio huwa sempliÄ‹i. Saydon Studio jixtieq jaħdem ma’ dawk li qed iÄ‹aqalqu, isaħħu u jibdlu mill-qiegħ l-industrija tat-teatru. Xogħolna jrid jiskopri prattika Ä¡dida tat-teatru mużikali. Metodi Ä¡odda li bihom se nesploraw l-ostakli u d-diffikultajiet tad-dinja tagħna. Se nitgħallmu kif nerÄ¡għu nibdew nitgħallmu. 

 

U fi spazju bħal dan nixtiequ noħolqu s-sbuħija.

2023 A .png
2023 B  .png
2023 C.png
CIVIK MLT copy.png
MALT AWARDS 3  .png
MALT AW 1 .png
MALT AWARDS 2.png

REPERTORJU

!
Widget Didn’t Load
Check your internet and refresh this page.
If that doesn’t work, contact us.
  • Facebook
  • Instagram

© 2025 Saydon Studio

​

bottom of page